4 skejjel jiftħu fis-sajf għal tfal bl-awtiżmu

Erba’ playgrounds fl-iskejjel tal-Gvern, fosthom skola f’Għawdex se jkunu mituħa għall-ġenituri bi tfal bl-awtiżmu.
Din l-inizjattiva bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Fondazzjoni Marigold se toffri l-opportunità li l-ġenituri bi tfal bl-awtiżmu jqattgħu ħin f’ambjent ta’ serħan il-moħħ u jagħmlu użu minn faċilitajiet mgħammra apposta biex tfal bl-awtiżmu jkunu jistgħu jilagħbu mingħajr periklu.
Dawn huma l-postijiet u l-ħinijiet tal-ftuħ:
 

Il-ĦamisIl-ĠimgħaIs-SibtIl-Ħadd/Festi Pubbliċi
L-Iskola Primarja Ħ’Attard – Kulleġġ San Nikola N/A17:30 – 20:3018:00 – 21:0010:00 – 17:00
L-Iskola Primarja Sannat (Għawdex)N/A18:00 – 21:0009:00 – 12:00N/A
L-Iskola Sekondarja Mosta (Żokrija)- Kulleġġ Maria Reġina 18:00 – 21:0017:30 – 19:30N/AN/A
L-Iskola Primarja Marsaxlokk – Kulleġġ St Thomas More N/A17:00 – 20:3010:00 – 17:0010:00 – 17:00

 
 Ritratt: DOI: Pierre Sammut