4 sigħat maqbuda fi spazju ta’ 30 ċentimetru

Fl-Istati Uniti tal-Amerika, mara kellha tagħmel madwar erba’ siegħat fi spazju ta’ 30 ċentimetru bejn żewġ ħitan.

Dan wara li kienet mixja fuq soqfa tad-djar u waqat f’dan l-ispazju li kien jinsab bejn żewġ binjiet.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili tal-istat ta’ Oregon salvaw il-mara billi qattgħu tieqa kbira f’wieħed mill-ħitan.

Il-mara ttieħdet l-isptar għall-osservazzjoni iżda ma kellha l-ebda ġrieħi gravi.