4 pulizija jieqfu jgħinu żewġ anzjani li ħadu panċer

Erba’ uffiċjali tal-pulizija serqu qalb mara li ta’ kull nhar ta’ Ħadd tmur iżżur lill-ġenituri tagħha, li huma kbar fl-età.
F’nota ta’ ringrazzjament lill-Korp tal-Pulizija, il-mara rrakkuntat kif il-ġenituri tagħha lbieraħ ħarġu dawra bil-karozza u laqqtu panċer.
Spjegat kif missierha li għandu ‘l fuq minn 80 sena ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel, sakemm għadda grupp ta’ erba’ kuntistabbli li nzertaw għaddejjin mill-inħawi.
Il-mara stqarret li l-kuntistabbli staqsewhom jekk jeħtiġux għajnuna, u spiċċaw biddlulhom it-tyre huma stess.
Esprimiet kliem ta’ apprezzament fil-konfront tal-uffiċjali: PC16, PC572, PC1471 u PC1261.
Dan qanqal ukoll reazzjoni fuq il-mezzi soċjali, b’uħud jgħidu li din hi aħbar friska, għax ta’ spiss il-pulizija jiġu mpinġija koroh.
Oħrajn fakkru lill-mara, li l-Pulizija mhumiex kullimkien u biex tagħti rigal ta’ sħubija għal servizz ta’ towing lil ommha u missierha.