4 pubblikazzjonijiet ġodda bil-Malti

Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca, ppubblikat dawn il-kotba li jinsabu għall-bejgħ minn Librerija Preca, il-Blata l-Bajda.

Għaxra żgħar imma kbar hu ktieb ta’ Robert Aloisio li jitratta l-ħajja ta’ għaxar żgħażagħ, ħafna minnhom ta’ żmienna, wieħed minnhom Malti, li taw xhieda bi kliemhom u b’għemilhom tal-fidi tagħhom fi Kristu. Ġie ppublikat fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni taż-żagħżugħ Carlo Acutis, u juri biċ-ċar li hu possibbli tgħix tajjeb illum ukoll, fis-seklu 21. Hu ideali għall-adolexxenti u dawk kollha li jakkumpanjawhom.

Mingħajru ma nistgħu tagħmlu xejn: inkunu missjunarji fid-dinja tal-lum hu ktieb-intervista ta’ Papa Franġisku mal-ġurnalista Taljan Gianni Valenti li oriġinarjament kien ippublikat fl-2019. Il-Papa jiddiskuti s-sejħa tal-insara kollha li jkun missjunarji awtentiċi fid-dinja tal-lum.

Il-qawwa tal-vokazzjoni: il-ħajja kkonsagrata llum hu ktieb-intervista ieħor ta’ Papa Franġisku mal-missjunarju Spanjol Fernando Prado li oriġinarjament kien ippublikat fl-2014. Il-Papa jitkellem dwar il-ħajja personali tiegħu bħala reliġjuż u jirrifletti dwar kif żviluppat il-ħajja kkonsagrata fl-aħħar żmien, bl-isfidi u t-tagħlimiet li ħarġu minn dawn l-esperjenzi.

It-tentazzjoni u d-dixxerniment hu ktieb tat-teologu Ċilen Segundo Galilea, oriġinarjament ippublikat fl-1991. Għandu jinteressa lil dawk impenjati fis-soċjetà u fil-Knisja għax jispjega b’mod prattiku kif persuna tista’ tiddistingwi bejn dak li hu veru u awtentiku, u dak li hu falsità.

Dan it-tag]rif twassal minn Publikazzjoni Preca.