4 persuni oħra jmutu bil-Covid-19

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ erba’ persuni oħra li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

L-ewwel każ huwa ta’ anzjana ta’ 92 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru u mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care.

It-tieni każ huwa ta’ anzjana ta’ 66 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-23 ta’ Novembru u mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tielet każ huwa ta’ anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru u mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Ir-raba’ każ huwa ta’ anzjan ta’ 91 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-3 ta’ Diċembru u miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, u appella biex kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.

106 persuni oħra pożittivi għall-Covid-19

F’Malta nstabu 106 każijiet ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 128 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mil-2,626 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 1,872. L-imwiet issa telgħu għal 164.