4 persuni mhux ħatja ta’ frodi fuq infermiera Pakistani

Erba’ irġiel li kienu qed jiġu investigati talli allegatament qarqu bi grupp ta’ infermiera Pakistani fl-Isptar Mater Dei ġew liberati, bit-tnejn minnhom jingħataw multa ta’ €200 talli kisru l-liġijiet tal-impjiegi. Lura fl-2011 ġew akkużat b’konspirazzjoni li ppruvaw iqarqu b’infermiera barranin, permezz tal-vjolenza u l-fastidju, kif ukoll ksur tal-liġijiet.

Tul l-istess sena, il-Ministeru tas-Saħħa kien ħareġ sejħa għal applikazzjonijiet għall-impieg bħala infermiera biex jindirizza nuqqasijiet ta’ staff fl-isptar Mater Dei. Diversi infermiera Pakistani applikaw għall-impjiegi permezz ta’ aġenzija ta’ reklutaġġ fil-Pakistan imsejħa Deluxe Company Ltd, li għamlet l-arranġamenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-kandidati f’Malta. Chrism Services Ltd, kumpanija fis-Seychelles irrappreżentata minn tnejn mill-akkużati, ingħatat prokura biex tiffaċilita t-trasferiment tal-persuni magħżula.

Kull infermier ġie mitlub iħallas €3,000, flimkien ma’ ħlas ieħor  ta’ €120 fix-xahar għall-kiri u €85 kull xahar mit-13-il xahar sat-tmiem tal-impieg f’miżati oħra. Wara li dawn il-ħaddiema tkellmu mal-kollegi tagħhom Maltin, dawn qalulhom li l-kuntratti jistgħu jkunu illegali u b’hekk il-grupp infermiera ilmentaw mal-awtoritajiet lokali.

Iżda tul il-proċedimenti kriminali kontra l-erba’ rġiel, kien stabbilit li ma kien hemm l-ebda illegalità jew irregolarità fil-proċess ta’ reklutaġġ. Il-kuntratt tal-aġenzija ma’ Chrism Services Ltd kien ukoll ġie terminat u l-infermiera kienu ngħataw lura l-ħlasijiet li kienu għamlu.

Il-Qorti qalet li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ vjolenza. Il-maġistrat osserva wkoll li l-infermiera kollha qablu mat-termini tal-kuntratt tagħhom qabel ma waslu f’Malta. Wara li rat l-evidenza kollha, il-Qorti ddikjarat l-erbgħa persuni bħala innoċenti tal-akkużi kollha miġjuba kontrihom. Tnejn mill-akużati nstabu ħatja li kisru l-ligi tal-impjieg u ġew immultati €200 kull wieħed.