4 persuni mejta wara li terremot ħakem l-Indoneżja

Reuters

Terremot qawwi li ħakem il-gżejjer tal-Indoneżja Sumatra u Java qatel erba’ persuni u għamel ħafna ħsara lill-binjiet.

L-Indoneżja ħarġet twissija ta’ tsunami fi ftit minuti wara li beda t-terremot ta’ qawwa 6.8 nhar il-Ġimgħa filgħaxija. It-twissija damet sagħtejn, u wasslet biex nies li joqogħdu max-xatt imorru jfittxu art ogħla.

It-terremot inħass mill-belt kapitali Jakarta u n-nies ħarbu jiġru mill-bini għoli.

Erba’ persuni mietu, uħud minnhom b’attakk ta’ qalb jew b’għeja, huma u jaħarbu minn max-xatt. Iżjed minn 200 binja ġarrbu ħsarat.