Aġġornata (2): Filmat: Jinstab ir-raba’ persuna, il-katavru tiegħu jittella’ mill-baħar

Read in English.

Ir-raba’ persuna li kienet għadha ma nstabitx wara li nqalbet id-dgħajsa tas-sajd ftit ‘il barra minn Wied il-Għajn instab. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00am. Il-Forzi Armati ta’ Malta tellgħu l-katavru tiegħu minn Pembroke u se jittella’ l-art minn Haywharf.

Il-Pulizija kkonfermaw li dan kien il-kadavru tal-Isqalli li kien qed jiġi mfittex.

F’dan l-inċident erba’ persuni spiċċaw il-baħar hekk kif jidher li d-dgħajsa tas-sajd tagħhom inqalbet f’Żonqor Point fil-limiti ta’ Wied il-Għajn. Skont kelliema għall-Pulizija, persuna minnhom, Marokkin ta’ 29 sena, miet fuq il-post kawża tal-inċident. Skont l-istqarrija maħruġa mill-Pulizija, il-persuni li kienu abbord huma Sqallin u kellhom jittieħdu l-isptar biex jingħataw il-kura meħtieġa.

Tnejn mill-persuni involuti, li għandhom 35 sena irnexxielhom jgħumu sax-xatt u salvaw, filwaqt li r-raba’ persuna dam ma nstab. It-tfittxijiet damu għaddejjin għal għadd ta’ sigħat hekk kif fuq il-post kien hemm patrol boat tal-Forzi Armati kif ukoll helicopter.

Filmat: Luke Zerafa