4 persuni jitressqu akkużati bil-qtil tal-ġurnalist Jan Kuciak

Read in English.

L-awtoritajiet Slovakki ressqu l-Qorti erba’ persuni akkużati bil-qtil tal-ġurnalist investigattiv u t-tfajla tiegħu. Il-każ kien qajjem għexieren ta’ protesti kontra l-korruzzjoni fil-pajjiż u wasslu sabiex jirreżenja l-Prim Ministru Robert Fico.

Kelliema għall-prosekuzzjoni qalet li s-sitt akkużi sottomessi dwar il-qtil ta’ Jan Kuciak u t-tfajla tiegħu Martina Kusnirova, li seħħ fl-2018, inkluż akkużi ta’ qtil ippjanat.

Kuciak u Kusnirova nqatlu permezz ta’ tiri f’darhom viċin il-kapitali Bratislava fi Frar tal-2018. Il-qtil ħarbat ix-xena politika tal-pajjiż u wassal għal protesti b’70,000 persuna parteċipanti. Dan wassal sabiex Fico jirreżenja f’Marzu.

Intant, il-koalizzjoni ta’ tliet partiti rnexxielha ssalva mmexxija mill-Prim Ministru Peter Pellegrini.

Tliet suspettati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Madanakollu ir-raba akkużat wieġeb ħati li spara lil Kuciak, filwaqt li ieħor wieġeb li għen sabiex ikun jista’ jseħħ il-qtil.