4 persuni bi ġrieħi ħfief wara ħabta l-Furjana

MRTU / Facebook

Dalgħodu erba’ persuni kienu involuti f’ħabta fil-Furjana. Huma kollha ħelsuha ħafif.

L-inċident seħħ bejn żewġ vetturi f’Telgħet il-Kurċifiss fl-10am.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 sena mill-Mellieħa, li kellu riekba miegħu mara ta’ 57 sena mill-Mellieħa. Il-vann involut fil-ħabta kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 23 sena miż-Żejtun u l-passiġġier kien żagħżugħ ieħor ta’ 20 sena minn Marsaxlokk.

Dawn ittieħdu l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li kellhom ġrieħi ħfief.