4 persuni arrestati għax inqabdu bid-droga fil-Gżira

CMRU

Read in English.

Erba’ persuni ġew arrestati fil-Gżira għax inqabdu fil-pussess tal-eroina, il-kokaina u l-kannabis.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li l-arrest sar ilbieraħ fid-9.30pm f’appartament fi Triq Luqa Briffa.

L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, daħlu f’appartament wara jiem ta’ sorveljenza. Hemmhekk sabu lill-erba’ persuni li kienu ilhom jiġu osservati, żewġt irġiel u żewġ nisa li għandhom bejn 30 sena u 55 sena. Saret tfittxija fl-appartament fejn instabet sustanza suspettuża, allegatament kokaina, eroina u kannabis, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Bil-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Doreen Clarke.