4 persuni arrestati f’Tas-Sliema wara sejba kokaina u eroina

Erba’ persuni ġew arrestati f’Tas-Sliema wara sejba kokaina u eroina.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ħidma mill-Iskwadra tad-Droga lbieraħ filgħaxija wasslet għall-
arrest ta’ erba’ persuni, żewġt irġiel u żewġ nisa. Kollha huma Maltin li l-età tagħhom tvarja bejn id-29 u t-53 sena.

L-arrest sar f’residenza fi Triq Amery fejn kien qed isir abbuż u traffikar ta’ diversi sustanzi. Fir-residenza nstabu diversi qratas bi trab abjad u kannella allegatament droga kokaina u eroina li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati. Instabu ukoll diversi oġġetti oħra relatati mal-
abbuż u t-traffikar tad-droga flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.

Mhux eskluż li l-persuni jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ din is-sejba.