4 pazjenti f’Mater Dei b’bakterja reżistenti għall-antibijotiċi

Fl-isptar Mater Dei, erba’ pazjenti nstabu li għandhom bakterja tat-tip New Delhi Metallo-beta-lactamase li tikkawża l-Klebsiella pneumoniae.
Din il-bakterja tirreżisti t-trattament li jingħata b'varjetà ta' antibijotiċi.
Kelliema għall-isptar qalet fi stqarrija li minn din il-ġimgħa fl-isptar, kulħadd mistenni jimxi strettament ma’ miżuri biex ikunu evitati l-infezzjonijiet u t-tixrid tagħhom fl-isptar.
Ġie nnutat li l-ebda pazjent mill-erba’ b’din il-bakterja ma wrew sinjali kliniċi ta' infezzjoni.