4 nisa jqaxxru xagħarhom bi protesta f’Beijing

Erba’ nisa qaxxru xagħarhom f’nofs it-toroq ta’ Beijing, fiċ-Ċina, biex jipprotestasw kontra d-detenzjoni ta’ avukat tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr provi. Wang Quanzhang ilu l-ħabs sa mill-2015, u l-mara tiegħu, Li Wenzu, qalet li hija vjaġġat lejn il-Qorti Suprema tal-pajjiż 31 darba biex tipprova tressaq dokumenti relatati mal-każ, iżda qatt ma tħalliet tidħol ġewwa.

Is-Sur Wang, li huwa akkużat li dgħajjef il-gvern, inżamm flimkien ma’ tliet persuni oħra f’attakk biex irażnu l-avukati.

L-ebda uffiċjal tal-pajjiż għadu ma kkummenta dwar il-każ.