4 NGOs jitolbu intervent mill-UN biex 27 immigrant jiżbarkaw Malta

Ilhom aktar minn 30 ġurnata bejn sema u ilma

Read in English.

Illum, erba’ NGOs internazzjonali talbu għal intervent urġenti mir-Rapporteurs Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti li jfittxu għajnuna umanitarja u żbark sigur mill-Gvern ta’ Malta għas-27 migrant salvat u abbord il-bastiment kummerċjali Maersk Etienne.

Fi stqarrija, l-NGOs, li huma CSDM, Alarm Phone, Sea-Watch u Mediterranea – Saving Humans, qalu li skont l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji stabbiliti tal-liġi marittima, huma talbu permess mill-gvern Malti biex l-immigranti jiżbarkaw f’port Malti, iżda dan il-permess ġie miċħud illegalment.

Uffiċjal għal Maersk iddikjara li l-ekwipaġġ tagħhom jkomplu jipprovdu kemm jista’ jkun appoġġ u assistenza lil dan il-grupp vulnerabbli, iżda wara 30 ġurnata m’għandhomx ir-riżorsi biex joffru kura umanitarja u għajnuna medika. Huwa żied li l-vapur la huwa ddisinjat u lanqas mgħammar biex jakkomoda nies addizzjonali.