4 minn kull 10 Maltin ma jsifrux għall-vaganzi

Read in English.

L-istatistika pubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew, il-Eurostat turi li 40.3% tal-poplu Malti qatt ma siefer fl-2016.

L-istatistika tkompli tgħid li 27.3% ma siefrux għall-vaganzi minħabba raġunijiet finanzjarji filwaqt li 25.1% ma kellhom l-ebda motivazzjoni biex jivvjaġġaw.

Il-Eurostat tgħid ukoll li 18.6% ma siefrux minħabba raġunijiet ta’ saħħa u 10.6% ma siefrux minħabba li kienu impenjati fuq studji jew xogħol.