4 mejta wara li kkraxxja ajruplan f’Dubaj

Ajruplan żgħir ikkraxxja qrib l-ajruport ta’ Dubaj, u mietu tliet Ingliżi u persuna mill-Afrika t’Isfel.

Dan ħabbritu l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili ta’ Dubaj fi stqarrija.

L-ajruplan tat-tip DA42 li jakkomoda erba’ persuni huwa reġistrat fl-Istati Uniti. Hu kien fuq missjoni biex jikkalibra s-sistemi tan-navigazzjoni fl-art tal-ajruport.