Aġġornata: 9 mejta wara attakk fuq knisja fl-Eġittu

Mill-inqas disgħa persuni mietu wara attakk li seħħ fuq Knisja qrib il-Belt Kapitali tal-Eġittu, il-Kajr.
Skont il-midja internazzjonali, tlieta mill-vittmi kienu uffiċjali tal-Pulizija.
Il-Forzi tas-Sigurta ħdejn il-knisja Mar Mina sparaw fuq wieħed mill-persuni armati li nqatel u tneħħa l-periklu mill-isplussivi li kienu marbutin miegħu. Persuna oħra li kienet involuta fl-inċident ġiet arrestata mill-Pulizija.
Skont l-Uffiċjali tas-Sigurtà ħames persuni oħraw sfaw midruba.
Il-knisja li kienet fil-mira ta’ dan l-attakk hija tal-Insara Kopti. Huma jiċċelebraw il-Milied tagħhom fis-7 ta' Jannar.

[googlemaps https://www.google.com/maps/embed?pb=!1m18!1m12!1m3!1d56963.39520074462!2d31.237660677393748!3d29.986967023030854!2m3!1f0!2f0!3f0!3m2!1i1024!2i768!4f13.1!3m3!1m2!1s0x1458479ec1ed88d7%3A0x7c30d1232dabf1e9!2sMar%2CMina+church!5e1!3m2!1sen!2sus!4v1514553193004&w=600&h=450]