4 mejta u 50 midruba wara post fuq Facebook fil-Bangladesh

facebook app

Minn tal-inqas erba’ persuni nqatlu fil-Bangladesh, filwaqt li 50 oħra ndarbu wara ġlied minħabba post fuq Facebook. Il-ġlied seħħ kawża ta’ post li kienet toffendi lill-Musulmani. Dan skont l-uffiċjali tal-Pulizija tal-pajjiż.

Il-ġlied beda fid-distrett ta’ Bhola, 195km mill-kapitali Dhaka. Dan seħħ waqt dimostrazzjonijiet kontra Facebook post fejn persuna Hindu għamlet kummenti diżpreġġjattivi dwar il-profeta Mohammed. Il-Pulizija qalet li l-profil ta’ Facebook kien ġie hacked u dawk involuti ġew arrestati.

Għaldaqstant, il-Pulizija spegat li kellha tispara l-armi tan-nar bħala sinjal ta’ twissija u biex jipproteġu lilhom innifishom. Qal li ħafna persuni bdew iwaddbu l-ġebel lejn il-Pulizija u dawn staħbew f’binja. Dan wassal sabiex jinqatlu erba’ persuni, filwaqt li jindarab pulizija minħabba l-ġlied.