4 Maltin minn kull 100 jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE – Eurostat

Erba’ Maltin minn kull mija li jaħdmu, imorru jgħixu u jsibu impjieg f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Stħarriġ tal-Eurostat jindika li l-ikbar persentaġġ ta’ persuni li jmorru jgħixu f’pajjiż ieħor huma r-Rumeni bi kważi 20%. Min-naħa l-oħra, l-inqas persentaġġ ta’ dawk li jmorru jgħixu f’pajjiż ieħor huma l-Ġermaniżi b’1%.
Erba’ minn kull mitt ċittadin tal-Unjoni Ewropea li għandhom bejn l-20 u l-64 sena kienu qed jgħixu f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea li mhuwiex dak li għandhom iċ-ċittadinanza tiegħu. Din turi żieda minn 2.5% reġistrata għaxar snin ilu.
Wara r-Rumeni, l-aktar li jmorru f’xi pajjiż ieħor tal-UE, huma l-Litwani, il-Kroati, il-Portugiżi, il-Latvjani u l-Bulgari.
Dawk li jkunu gradwati, b’mod ġenerali, jkunu aktar lesti jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor. Wieħed minn kull tliet ċittadini Ewropej li jaħdmu minn post għall-ieħor fl-UE għandhom livell universitarju.
Ir-rata tal-impjiegi ta’ dawk li jimxu minn post għall-ieħor biex jaħdmu, hija iktar għolja minn dik tal-pajjiż li jkunu twieldu fih.
L-Eurostat tgħid ukoll li tmienja minn kull għaxar Sloveni li marru f’pajjiż ieħor, għandhom impjieg.