4 l-isptar wara ħabta fl-Imsida

Erba’ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’emerġenza wara li kienu involuti f’ħabta fl-Imsida.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fi Triq Dun Karm għall-ħabta tas-7pm. Il-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi. Waħda mill-karozzi kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mis-Somalja, residenti San Pawl il-Baħar. Miegħu kien hemm passiġġiera mara ta’ 27 sena residenti l-Mosta u mara oħra ta’ 22 sena residenti tas-Sliema. Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Ħamrun.

Ir-raġel ta’ 22 sena ġie ċertrifikat li sofra minn ġrieħi gravi. It-tliet persuni l-oħrajn indarbu ħafif.