4 l-isptar wara ħabta fil-Mosta

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-Mosta.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10:00 pm fi Triq il-Fortizza l-Mosta. Il-ħabta kienet bejn karozza misjuqa minn żagħżugħa ta’ 21 sena residenti n-naxxar u karozza misjuqa minn raġel mill-Istati Uniti ta’ 66 sena residenti Tas-Sliema.

Fil-karozza mar-raġel kien hemm ukoll Amerikana ta’ 64 sena minn Tas-Sliema u mara ta’ 85 sena li toqgħod in-Naxxar. Fuq il-post marru membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u numru ta’ ambulanzi.

Ir-raġel ta’ 66 sena u l-mara ta’ 85 sena weġġgħu gravi. Il-mara ta’ 21 sena u l-mara ta’ 64 sena sofrew ġrieħi ħfief.