Aġġornata: 4 l-isptar wara ħabta fil-Marsa-Ħamrun bypass

Malta Police Force

Erba’ persuni spiċċaw l-Isptar Mater Dei wara ħabta fil-bypass ta’ bejn il-Marsa u l-Ħamrun.

Dan ikkonfermah ma’ Newsbook.com.mt kelliem għall-Pulizija li spjega li l-inċident seħħ fis-6.30 am. Karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Fgura għal xi raġuni skiddjat u baqgħet dieħla ġo crash barriers mal-ġenb tat-triq.

Fil-karozza kien hemm tliet passiġġieri li kollha weġġgħu ħafif. Kien hemm raġel ta’ 30 sena minn Ħaż-Żabbar, mara ta’ 25 mill-Fgura, u mara ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar. Filwaqt li r-raġel mill-Fgura u l-mara minn Ħaż-Żabbar ma ttieħdux l-isptar, huma marru minn jheddhom aktar tard.