4 konsegwenzi li t-tfal qed jaffaċċjaw għal għomorhom

FILE PHOTO: Immigration and Customs Enforcement (ICE) detainees arrive at FCI Victorville federal prison in Victorville, California, U.S. June 8, 2018. REUTERS/Patrick T. Fallon/File Photo

Il-firda hija kerha, speċjalment meta jesperjenzawha t-tfal. Din hi s-sitwazzjoni ta’ eluf ta’ tfal li spiċċaw mifruda mill-ġenituri tagħhom fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

Dan b’riżultat tat-tolleranza żero tal-Amministrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump fil-ġimgħat li għaddew, li ġiet fi tmiemha nhar l-Erbgħa.  Waqt li l-adulti jaffaċċjaw akkużi kriminali, it-tfal kienu qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni.  Issa l-familji qed jinżammu fiċ-ċentru flimkien.

It-tfal, l-iżgħar ta’ tmien xhur, kienu qed jinżammu f’xelters simili għal ħabs. Ommijiet qalu kif ġieli firduhom minn ma’ wliedhom meta kienu qed ireddgħuhom.

Gruppi ta’ pedjatri u esperti tas-saħħa mentali qalu li t-trawma ta’ dawn il-firdiet jikkawżaw ħsara irriversibbli.

Fost l-ewlenin:

  • Riskju kbir li jiżviluppaw Post Traumatic Stress Disorder (PTSD)
  • Riskju kbir li jbatu bl-ansjetà u d-dipressjoni
  • Jaffettwa l-iżvilupp tal-moħħ
  • Ħsara psikoloġika