4 każijiet ta’ Covid-19 fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Read in English.

Bħalissa hemm 4 każijiet fil-ward tal-Covid-19 tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Fost dawn il-każijiet hemm mara ta’ 27 sena.

Sorsi infurmati qalu dan lil Newsbook.com.mt.

Ilbieraħ instabu 125 każ ta’ coronavirus fost 3,285 swab test. F’Malta sa issa mietu 51 persuna bil-Covid-19 bl-aħħar persuna tkun l-anzjan li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara mewtu.

Dalgħodu, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tgħid li għalkemm il-Gvern qed jgħid li hemm 100 ventilator, kwart biss jistgħu jintużaw għax m’hemmx biżżejjed ħaddiema tas-saħħa. L-Assoċjazzjoni spjegat li s-sistema ta’ kura daqt mhux se tibqa’ tiflaħ għall-piż minħabba ż-żieda fil-każi tal-Covid-19.

L-MAM twissi li s-sistema ta’ kura mhux se tlaħħaq
“100 ventilator imma 25 biss jistgħu jintużaw; m’hawnx ħaddiema” – MAM