4 każi ġodda tal-coronavirus; 10 jfiqu

Miguela Xuereb

Read in English.

Total ta’ erba’ każi ġodda tal-coronavirus instabu fl-aħħar 24 siegħa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dan wara li saru total ta’ 1,137 swab test.

Dan tħabbar permezz ta’ infografika fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa.

OFFICIAL COVID-19 figures for 28•05•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Thursday, May 28, 2020

In-numru totali ta’ swab tests li saru fil-pajjiż s’issa kien ta’ 65,471.

Il-Ministeru ħabbar li 10 persuni oħra fiqu mill-virus. It-total ta’ persuni li fiqu s’issa huwa ta’ 501. In-numru ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 108.

Ilbieraħ kienet rappurtata s-seba’ vittma tal-coronavirus. Ir-raġel ta’ 97 sena kien qed jirċievi t-trattamet fl-Isptar Karin Grech meta nstabet pożittiva għall-virus fis-17 ta’ Mejju. Ir-raġel kien it-tielet pazjent li nstab pożittiv għall-virus waqt li kien qed jirċievi trattament fl-isptar.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn