4 karozzi jieħdu n-nar fil-Ħamrun

Erba' karozzi ħadu n-nar fi Triq San Vinċenz fil-Ħamrun matul il-lejl li għadda.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-00:15am.
Huwa qal li jidher li karozza ħadet in-nar li imbagħad infirex għal fuq tliet vetturi oħra. 
Skont il-Pulizija, in-nirien ġew ikkontrollati mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Nar minnhom intefa' mill-Pulizija.
Il-kelliem ma kienx f'pożizzjoni jgħid xi ħsara ġarrbu l-karozzi.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.