4 karozzi jieħdu n-nar f’Bulebel

Christoph Schwaiger

Read in English.

Tard ilbieraħ filgħaxija erba’ karozzi ħadu n-nar fiż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li daħlet telefonata fid-depot tirraporta l-każ f’11.50pm, f’parkeġġ ħdejn xi fabbriki.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu li erba’ karozzi kienu nħakmu min-nirien. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin sabiex il-pulizija tikkonferma jekk in-nirien bdewx minħabba xi ħsarat f’xi karozza jew kienx att vandalu.