4 jweġġgħu f’San Ġiljan: 2 fil-periklu, 1 gravi u ieħor iweġġa’ ħafif

Inċident tat-traffiku li ġara lbieraħ filgħaxija fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan, bagħat erba’ persuni Mater Dei, bi tnejn minnhom jinsabu f’qagħda kritika. 
L-inċident ġara bejn żewġ karozzi għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart. 
Wara l-isteering ta’ waħda minnhom kien hemm raġel ta’ 41 sena minn Ħaż-Żabbar waqt li l-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Pembroke. 
Fil-vettura, mas-sewwieq ta’ 53 sena, kien hemm mara ta’ 52 sena u ġuvni ta’ 18-il sena, it-tnejn li huma residenti Pembroke. 
Wara li ttieħdu l-isptar, ir-raġel ta’ 41 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa, ir-raġel ta’ 53 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li ż-żewġ passiggieri li kienu miegħu, ġew iċċertifikati li jinsabu f’qagħda kritika.
Fuq il-post issejħu ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex il-passiġġieri u s-sewwieqa jinħarġu mill-karozzi.
Ritratti: Maltese Roads Traffic Updates