4 jittieħdu Mater Dei wara li ħabtu ma’ trakk

Aġġornat 08:32 PM

Erbgħa persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li ħabtu bil-karozza ma’ trakk fil-by-pass tan-Naxxar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident u qal li seħħ għall-ħabta tat-2.45pm fi Triq Margaret A. Murray.

Iktar tard, tnejn mill-passiġġieri, raġel ta’ 30 sena u mara ta’ 21 sena ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li x-xufiera ta’ 26 sena u passiġġiera ta’ 31 sena sofrew minn ġrieħi ħfief. Fit-trakk kien hemm żewġt irġiel iżda dawn ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Għal xi ħin biċċa mit-triq ingħalqet għat-traffiku u l-karozzi kellhom jgħaddu minn triq oħra fil-ġenb.