Qala’ daqqiet ta’ ponn u ta’ ħadida f’Birkirkara

Read in English.

Raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet ta’ ponn u ta’ ħadida waqt argument f’Birkirkara.

Ir-raġel, li huwa Libjan, ġie ferut għall-ħabta tad-9.15am fi Triq Santu Rokku. Oriġinarjament il-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt li fil-ġlieda kienu involuti erba’ persuni.

Madanakollu fi stqarrija ċċaraw li fl-argument kienu involuti żewġ persuni. L-aggressur, mill-Mali residenti r-Rabat u li għandu 25 sena sena, ġie arrestat.