Splużjoni Leicester: “S’issa l-ebda konferma li weġġgħu Maltin”

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f'Malta qal li għadu ma rċieva l-ebda konferma li nies ta' dixxendenza Maltija kienu involuti fl-isplużjoni f'supermarket f'Leicester fir-Renju Unit. Din l-isplużjoni ħasdet il-ħajja ta' erba' persuni u darbet erbgħa oħra, wieħed serjament.
L-isplużjoni seħħet ilbieraħ filgħaxija u affettwat ukoll l-appartament ta’ żewġ sulari li jinsab fuq is-supermarket.
Ir-residenti fl-inħawi ddeskrivew il-ħoss bħala wieħed li jixbaħ dak ta’ terremot. Il-bini ġġarraf u ħa n-nar.
F’dan l-istadju, l-isplużjoni mhix titqies li għandha xi rabtiet terroristiċi.
Il-Pulizija jemmnu li hemm aktar persuni midruba, bil-ħidma ta’ salvataġġ qed tkompli llum.  Qed jappellaw biex min jaf b’persuni nieqsa jikkuntattjawhom mill-ewwel.
L-isplużjoni wasslet biex numru ta’ djar m’għandhomx provvista tal-elettriku.
Il-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra se jibqa' jsegwi l-każ flimkien mal-awtoritajiet Ingliżi, biex iwassal l-aħħar żviluppi. 
Il-Ministeru jappella biex min hu mħasseb dwar qraba jew ħbieb Maltin fl-Ingilterra, li jaħseb li qegħdin fl-inħawi ta' Leicester, iċempel fuq 21 242 191.