Read in English.
Matul l-aħħar 24 siegħa, fil-Gżejjer Maltin, mietu erba’ persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-coronavirus. L-età tagħhom hija bejn il-61 u 99 sena.
Fi stqarrija l-Ministru tas-Saħħa qal li l-ewwel każ kien ta’ anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Novembru, miet ilbieraħ, fl-Isptar Mater Dei.
It-tieni każ huwa raġel ta’ 61 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-23 ta’ Ottubru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fit-tielet każ, anzjan ta’ 83 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-30 ta’ Ottubru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Filwaqt li r-raba’ każ. Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 99 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet matul dan il-lejl, fl-Isptar Mater Dei.
B’hekk in-numru ta’ persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 issa tela’ għal 85 persuna.
Illum Malta rreġistrat 153 każ ġdid ta’ persuni li huma pożittivi għall-Covid-19.