4 entitajiet se jipproponu titjib għar-riċiklaġġ tal-fliexken

Is-settur privat se jipproponi miżuri ta’ kif titħaddem is-sistema vijabbli għar-riċiklar tal-fliexken tal-plastik.
Erba’ entitajiet nazzjonali, ingħaqdu u qed iħejju ftehim biex ifasslu sistema vijabbli għar-riċiklar tal-fliexken tal-plastik.
It-tfassil ta’ din is-sistema se jseħħ fid-dawl tal-miri ambizzjużi ġodda li jridu jintlaħqu għar-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik.
Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, il-GRTU, il-Green Pak Coop u l-Green MT jemmnu li l-industrija u s-settur privat huma kapaċi jimmaniġġjaw is-sistema b’mod effiċjenti u vijabbli. Il-Gvern għandu jillimita r-rwol tiegħu għat-tfassil tar-regoli u l-infurzar effettiv.
Din is-sistema għandha tkun ibbażata fuq l-aqwa prattiki fl-Unjoni Ewopea (UE) u għandha tibbenefika mhux biss lill-intrapriżi iżda lill-konsumaturi wkoll.