4 biċċiet ħwejjeġ li għandu jkollok fil-gwardarobba

Jekk qed tippjana xi reshuffle kbira fil-gwardarobba jew tixtieq tkun ippreparat għal kwalunkwe sitwazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam l-ilbies, żomm f’moħħok dawn il-pariri mill-istilista tal-ħwejjeġ Ernest Camilleri. 
X’għandu jkollok fil-gwardarobba? 
1. Libsa sewda
Kemm waħda bla kmiem kif ukoll oħra bil-komma. Libsa sewda tista’ tilbes li trid fuqha. Jekk inti qawwija, Ernest jissuġġerixxi li l-libsa tkun imfassla bil-panels, u b’qatgħa wiesgħa fin-naħa ta’ isfel. L-aħjar materjal għal dan l-ilbies huwa crepe satin jew chiffon, materjal li ma jiġġebbidx ħafna, iżda jibqa' dejjem moda. 
2. Suit sewda, kannella u/jew griża 
Kemm jekk tippreferi qalziet jew dublett, suit sewda, kannella u/jew griża tiġi bżonnha f’diversi sitwazzjonijiet bħal ngħidu aħna funeral, interview għal xogħol, jew xi okkażjoni formali. F’każ ta’ qalziet, tajjeb li jkun fi stil klassiku: pulit u b’qatgħa dritta, sabiex jibqa' dejjem moda u prattiku. Jekk se jintuża materjal irqiq bħal crepe satin jew chiffon, importanti li l-ġakketta tkun infurrata biex toqgħod pulita fuq il-ġisem.
3. Ġkieket addattati 
Jekk wieħed jippreferi li jħallat qalziet/dublett ma’ ġakketta li ma ġietx fl-istess suit, Ernest jirrakkomanda li din tkun tal-istess materjal eżatt, inkella materjal kompletament differenti. Pereżempju ġakketta tat-tweedma’ qalziet plain
Idealment, għandu jkollna ġakketta sewda, griża u kannella biex inħalltu ftit ma’ lbies differenti. 
4. Blouse abjad 
Ta’ sikwit ikun moda xi disinn partikolari jew tipi ta’ fjuri, iżda dawn malajr jitilfu l-gost tagħhom wara li jitilqu mill-moda. Żomm l-ilbies tiegħek relevanti billi tixtri blouse abjad sempliċi u mingħajr disinn. Idealment, wieħed imur għal materjal superjuri bħal chiffon, satin jew cotton
Ernest Camilleri kien qiegħed jitkellem waqt il-programm Ta’ Kulħadd ma’ Christine Delicata li jixxandar kuljum mid-9am sa 12pm fuq RTK 103FM.