4 arrestati għax suspettati li jittraffikaw id-droga

Read in English.

Erba’ persuni ġew arrestati waqt rejd li wettqu l-pulizija tul il-lejl fil-Fgura. Inqabdu għaliex hemm suspett li dawn jittraffikaw id-droga.

Ir-rejd twettaq fi Triq Cospicua. Mit-tfittxija li saret, instabu xi qratas bit-traċċi tal-eroina u l-kokaina, u anke parti minn blokka raża tal-kannabis. Instabu wkoll xi oġġetti użati għat-traffikar tad-droga.

L-irġiel arrestati huma tliet Maltin u Tuneżin, li l-età tagħhom tvarja bejn it-30 u s-67 sena.