4 arrestati fuq pjan li jwaqqgħu ajruplan

Erba’ persuni ġew arrestati f’rejds f’Sydney fl-Awstralja, fuq suspett li kienu qed jippjanaw li jwaqqgħu ajruplan.
L-investigaturi sabu materjal li seta’ ntuża biex isir splussiv improvizzat.
Il-Pulizija Awstraljana temmen li l-arrestati għandhom rabtiet mal-Istat Iżlamiku. Madanakollu għad m’għandhiex dettalji dwar il-post, id-data u l-ħin ta' meta kien se jitwettaq l-attakk terroristiku.
Il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull qal li l-ajruporti internazzjonali u domestiċi jinsabu taħt sigurtà stretta.
Il-livell ta’ theddida ta’ attakk terroristiku fl-Awstralja jibqa’ ‘probabli’.