Read in English.
Erba’ persuni, tlitt irġiel u mara ta’ bejn l-20 u s-26 sena, kienu arrestati dwar traffikar ta’ droga f’Bormla.
Kien għall-ħabta tal-11am tal-Ħamis meta l-pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga daħlu f’residenza f’Bormla. Hemmhekk arrestaw lill-erba’ żgħażagħ. Waqt it-tfittxija sabu sustanzi aktarx droga sintetika, ħaxixa tal-kannabis, eroina u oġġetti relatati mal-użu tad-droga.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Tnejn mill-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tas-2pm quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia.