​4 arrestati dwar il-każ ta’ bomba fil-Fgura

Erba’ persuni ġew arrestati b’rabta mal-każ ta’ bomba li tpoġġiet taħt karozza fil-Fgura f’Jannar li għadda.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li bl-għajnuna tas-Servizzi tas-Sigurtà u  tal-Forzi Armati ta’ Malta, arrestat erba’ persuni b’rabta mal-każ li seħħ fl-4 ta’ Jannar. Il-Pulizija qalet li l-bomba ma kinetx ħadet.
Skont il-Pulizija, il-ħidma bdiet kmieni filgħodu wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet. Qalet li bħalissa għaddejjin aktar tfittxijiet f’diversi postijiet.
L-erba’ persuni arrestati huma kollha rġiel, tlieta minnhom minn Birżebbuġa u wieħed mix-Xgħajra. 
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
F'Jannar il-Pulizija ssejħu fi Triq Sant'Antnin għall-ħabta tas-6.30pm, u wara l-ewwel investigazzjonijiet issejħu l-Forzi Armati ta' Malta mit-Taqsima tal-Bomb Disposal Unit, u t-triq ingħalqet.Kien ħoss stramb ġej mill-karozza li ġibed l-attenzjoni, fejn instab li kien hemm bomba mal-karozza, li ma ħaditx.
Ritratt: Arkivji