4 arrestati dwar allegat traffikar tad-droga

Erba’ persuni ġew arrestati lbieraħ filgħaxija fil-Marsa minħabba d-droga.
Waqt spezzjoni li saret fil-karozza li kienet qed tintuża mill-irġiel Somali, instabu sustanzi suspettati raża tal-kannabis, kif ukoll numru ta’ boroż tal-plastik allegatament bil-pjanta tal-kannabis ġo fihom, lesti għat-traffikar.
Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit (RIU) arrestat lill-erbat irġiel, li l-età tagħhom tvarja bejn it-22 u s-26 sena, fl-inħaw tal-Baċċellerija.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li mhux eskluż li wħud mill-persuni arrestati jitressqu l-Qorti bil-pussess mhux għall-użu esklussiv tad-droga.