4 arrestati b’rabta mal-qtil tal-ġurnalist Slovakk

REUTERS/Radovan Stoklasa

Il-Qorti Slovakka ordnat li 4 persuni jinżammu arrestati għall-qtil tal-ġurnalist Jan Kuciak u l-għarusa tiegħu.

Minn dan il-qtil fi Frar li għadda, qamu protesti madwar il-pajjiż kollu li waqqgħu l-Gvern ta’ Robert Fico li kien mexxa lill-pajjiż għal 10 snin sħaħ.

3 persuni suspettati ġew arrestati wara tfittxija f’darhom il-Ħamis, u tressqu taħt l-akkuża ta’ omiċidju nhar il-Ġimgħa. Ir-4 mara suspettata, li ġiet arrestata separatament il-Ġimgħa, hija akkużata li pparteċipat fil-qtil, billi għenet, ordnat jew organizzat il-qtil. Dan qalu daniel Lipsic, il-avukat tal-familja tal-ġurnalist, lill-kamra tal-aħbarijiet internazzjonali Reuters.

Għadu ma ngħadx meta se jibda jinstema’ l-każ fil-Qorti.

Il-ġurnalist Jan Kuciak kien investiga, fost l-oħrajn, frodi b’rabta mal-politiċi, u l-mafja tat-Taljani f’negozji Slovakki.