4% aktar f’benefiċċji soċjali

Matul is-sena li għaddiet, il-Gvern nefaq 4% aktar f’benefiċċji soċjali meta mqabbel mas-sena 2016.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ppubblika l-figuri għas-sena 2017 li juru li n-nefqa totali kienet ta’ kważi €937 miljun.
Il-figuri ppubblikati juru wkoll li fl-aħħar 17-il sena, ix-xejra f’Malta għan-nefqa fil-benefiċċji soċjali kienet dejjem tiżdied.

L-akbar nefqa mill-benefiċċji soċjali kontributorji tmur għall-pensjonijiet bl-NSO jikkonferma li ftit aktar minn 48,000 persuna huma intitolati għall-pensjoni taż-żewġ terzi.
Min-naħa l-oħra, l-akbar nefqa f’benefiċċji li mhumiex kontributorji huma l-ommijiet li huma intitolati għaċ-Children’s Allowance. F’Malta hawn 43,700 li qed jieħdu dan il-benefiċċju.

Figuri: Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)