4 affarijiet li m’għandekx tgħid fuq il-post tax-xogħol

Man on computer

Faċli tinsulta lil xi ħadd mingħajr ma tkun taf. F’dinja dejjem aktar multi-kulturali, faċli li dak li ma joffendix lil persuna tal-istess kultura tiegħek joffendi lil ħaddieħor. X’inhuma l-affarijiet li għandek tevita tgħid fuq il-post tax-xogħol biex tevita dan it-tip ta’ inkwiet?

“Kemm taf titkellem!”

Meta kollega ta’ karnaġġon ċar tgħid lill-persuna ta’ karnaġġon skur “kemm taf titkellem” jew “kemm inti elokwenti” timplika li min għadda l-kumment stenna li l-persuna l-oħra ma tafx tikellem b’dan il-mod. L-aħjar li tagħmel hu li tikkumplimenta l-ideat tal-persuna mhux kif jitkellem dak li jkun.

“L-imgħallma miġnuna”

Li tgħid li l-imgħallma tiegħek hija miġnuna huwa kumment sessist. Meta tgħid lil mara miġnuna, wieħed qed jissuġġerixxi li l-azzjonijiet tagħha huma illoġiċi u mhux riżultat ta’ ħsieb.

L-aħjar li tagħmel hu li tgħidilha li ma fhimtx il-perspettiva tagħha fuq dak li qalet jew għamlet, u titlobha tispjegalek.

“Diffiċli tippronunzja ismek”

Din il-frażi timplika li l-persuna kkonċernata hija kulturalment u lingwistikament differenti mill-bqija tal-popolazzjoni. Jekk ma tafx tippronunċja isem kollega tiegħek, saqsihom kif.

“Inti apprentist? Kemm tidher żgħir!”

Li tgħid li kollega jidher żgħir timplika li huma bla esperjenza u li, possibilment, ma għandhomx il-kwalifiki neċessarji biex jagħmlu dan ix-xogħol. L-aħjar li tagħmel f’dawn iċ-ċirkostanzi hu li ma tgħid xejn.

…Kif jgħid il-Malti, aħjar kelma nieqsa milli kelma żejda.