4 affarijiet li għandek tkun taf qabel tmur tagħti d-demm

Miguela Xuereb

Read in English.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed iħeġġeġ lil dawk li huma f’saħħithom biex jagħtu d-demm. Fl-istess waqt ħa l-opportunità biex fid-dawl tal-imxija tal-coronavirus, min imur jagħti d-demm josserva dawn ir-rakkomandazzjonijiet:

  • Jekk possibbli mur waħdek
  • Jekk tieħu lil xi ħadd miegħek, itolbu jistenna barra
  • Se tintalab tirrispondi mistoqsijiet b’rabta mal-imxija tal-coronavirus
  • Bħal dejjem, kun responsabbli u għid il-verità biex ma tkunx ta’ riskju għal ħaddieħor

Is-Servizz enfasizza li s-siti tal-għoti tad-demm inkluż il-mobile blood donation unit huma postijiet indaf għall-aħħar. Insista li meta wieħed jagħti d-demm, is-saħħa tal-individwu ma tiġix kompromessa. Is-siti tal-għoti tad-demm mhumiex il-post fejn persuna tmur tiċċekkja jekk għandhiex Covid-19.

X’ħin u fejn tista’ tagħti d-demm?

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (inkluż festi pubbliċi) mit-8am sas-6pm
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħamis 19 ta’ Marzu (festa pubblika) quddiem il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq bejn it-8.30am u s-1pm.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li l-Ħadd 22 ta’ Marzu se tkun bejn it-8.30am u s-1pm quddiem il-knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant’Andrija, Ħaż-Żabbar.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 22 ta’ Marzu se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8am sas-1pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn