4,720 test fuq vetturi fit-toroq f’sentejn

Fl-aħħar sentejn uffiċjali ta’ Transport Malta wettqu 4,720 roadside check fuq vetturi fit-toroq Maltin.
Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Ir-roadside checks huma testijiet fejn il-vettura tiġi ttestjata għall-konformità tagħha ma’ numru ta’ liġijiet fosthom dwar emissjonijiet.
In-numru ta’ testijiet fl-2015 kienu 3,040 jew ftit anqas mid-doppju ta’ dawk li saru fis-sena preċedenti meta saru 1,680 test.
B’kollox saru testijiet fi 32 lokalità differenti b’medja ta’ 200 test fix-xahar.
Mill-ispezzjonijiet li saru fl-2014, 51% tal-vetturi, jiġifieri 858 vettura, weħlu mit-test. Minn dawn, 277 persuna weħlu taħrika. Ċifri dwar l-2015 għadhom qed jinħadmu.