4,600 persuna ma jibqgħux jingħataw l-għajnuna soċjali

Aktar minn 4,600 persuna ma baqgħux jingħataw l-għajnuna soċjali matul l-2016.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.
Il-Ministru Farrugia qal li fl-2016 kważi 2,800 persuna applikaw għall-għajnuna soċjali.