4,500 persuna jipparteċipaw f’Summer on the Move

Madwar 4,500 persuna pparteċipaw fil-programm sportiv Summer on the Move, li ġie fi tmiemu llum.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, dalgħodu żar il-kumpless sportiv ta’ Ħal-Kirkop fejn iltaqa’ ma’ wħud mill-parteċipanti tal-programm u qassmilhom iċ-ċertifikati tal-attendenza.

Dan il-programm sportiv ġie organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) u b’kollox din is-sena kien hemm mal-35 dixxiplina sportiva.

Għall-ewwel darba kien hemm ukoll attivitajiet immirati għal persuni minn 60 sena ‘l fuq. 

 

Ritratti: DOI – Reuben Piscopo