4,500 f’korpi dixxiplinati

Il-korpi ddixxiplinati fil-gżejjer Maltin għandhom bejniethom madwar 4,500 membru bl-uniformi.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġibiet differenti għall-mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
L-ikbar korp huwa dak tal-Pulizija li huwa kompost minn 2,188 membru f’10 ranks differenti..
Il-Forzi Armati huma komposti minn 1,730 membru maqsuma f’16-il rank differenti.
It-tliet korpi dixxipplinati l-oħra jħaddmu bejniethom 559 uffiċjal maqsuma kif ġej: 272 gwardjani fil-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin, 167 fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waqt li s-Servizz ta’ Detenzjoni jħaddan 120 uffiċjal. Il-Protezzjoni Ċivili għandhom ukoll seba persuni ċivili li jaħdmu fis-sezzjoni amministrattiva.