4.5 telefonata kuljum dwar dimensja

Fi tlett xhur u nofs minn meta twaqfet, id-Dementia Helpline irċiviet medja ta’ 4.5 telefonata kuljum. Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Id-Dementia Helpline bdiet topera nhar it-3 ta’ Awwissu u sas-16 ta’ Novembru kien hemm 468 telefonata. Minn dawn, 389, jew 83%, kienu telefonati fejn intalbet informazzjoni. Sitt tleefonati kienu klassifikati bħala emerġenza. Kien hemm ukoll 36 il-telefonata meqjusa bħala sejħiet ‘fażulli’.