4,250 ħadu sehem f’Summer on the move

Matul is-sajf li għadda kien hemm madwar 4,250 tifel u tifla li ħadu sehem fil-programm ta’ Skolasport Summer on the move.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Il-programm li daħal fil-15-il sena tiegħu ra żieda qawwija fin-numru ta’ parteċipanti fl-aħħar snin bl-għadd ta’ dawk li ħadu sehem fl-2015 kien kważi 300% għola mill-għadd ta’ parteċipanti fl-2011 u 16% fuq l-għadd reġistrat fl-2014.
Intant, fi tweġiba separata tal-istess interpellant, Bartolo qal li l-għadd ta’ għalliema tal-edukazzjoni fiżika fi skejjel tal-istat huwa ta’ 43 fi skejjel primarji u 104 f’dawk sekondarji.